Festival Art Explora
Il-Festival Art Explora huwa festival itineranti li jivvjaġġa fl-ibħra u l-oċeani madwar id-dinja bis-saħħa tal-vapur mużew tiegħu biex joffri esperjenzi artistiċi u kulturali innovattivi aċċessibbli mingħajr ħlas. Mir-rebbiegħa tal-2024 sal-ħarifa tal-2026, il-festival se jivvjaġġa għall-ewwel tour tiegħu lejn 15-il pajjiż fil-Mediterran. Fil-Belt Valletta, Malta, il-festival isir mill-21 sat-31 ta’ Marzu abbord l-ewwel vapur mużew fid-dinja u flimkien ma’ programm żviluppat minn Spazju Kreattiv, iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Malta għall-Kreattività, u d-direttur artistiku tiegħu Daniel Azzopardi.